Merħba


Merħba fil-plumtri! Il-Pjattaforma ta' riċerka u innovazzjoni.

plumtri hija pjattaforma li sservi bħala għodda għall-partijiet interessati f'R&I fir-Reġjun tal-Mediterran. L-għan ewlieni ta’ plumtri hija li tiffaċilita n-netwerking u l-qsim tal-għarfien kif ukoll isservi bħala "one-stop-shop" għal informazzjoni dwar l-aħħar aħbarijiet, avvenimenti u opportunitajiet ta’ finanzjament fl-isferi ta R&I.

Meta tirreġistra ma' plumtri, ikollok aċċess għall-karatteristiċi utli kollha tagħha, inkluż il-possibbilità li ssib imsieħba għal riċerka kollaborattiva, taħdem ma’ membri oħra, kif ukoll tikseb aċċess għal aktar riżorsi relatati mar-R&I.

plumtri hija amministrata mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST).