Dwar plumtri


Sfond

Fl-2013, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) beda jaħdem fuq il-kunċett ta’ pjattaforma ibbażata onlajn imsejjaħa "plumtri" (Pjattaforma għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-Mediterran).

plumtri tniedjiet fl-2015 bl-għan li:

  • Turi talent u ħiliet fir-Riċerka u l-Innovazzjoni
  • Tagħaqqad partijiet interessati ma' individwi u organizzazzjonijiet oħra f'Malta u barra
  • Toffri provvista ta' informazzjoni dwar opportunitajiet u avvenimenti ta' finanzjament
  • Trawwem ta' skambji u inizjattivi relatati mal-oqsma ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti ta' Malta

Madankollu, issa evolviet biex tinkludi r-reġjun tal-Mediterran, fejn taġixxi bħala pjattaforma li tiffaċilita n-netwerking u l-qsim tal-għarfien fost il-partijiet interessati involuti filwaqt li sservi wkoll bħala 'one-stop-shop' għal informazzjoni dwar opportunitajiet u avvenimenti ta' finanzjament.